Min irid igawdi jeħtieġ li jagħmel ix-xogħol diffiċli jew antipatku wkoll biex jasal. Iniegħel tfisser ilibbes in-nagħla liż-żiemel.
Il-kotra tegħleb il-qawwa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b’saħħitna u x-xogħol isir iżjed malajr.
Kategoriji: ix-xogħol
Qwiel relatati
Min jimxi bir-riħ isib ruħu f’nofs it-triq.
Min diġà jibda b'vantaġġ fuq ħaddieħor, aktar għandu ċans jirnexxi.
Bidu bil-għawġ tmiem ħażin.
Meta biċċa xogħol tibda ħażin kollox jibqa' sejjer ħażin.
Kollox sewwa sakemm il-ħobż ikun id-dar.
Sakemm għandek xogħol li qed iqallgħek x'tiekol, m'hemmx problema.
Min hu għajjien jistrieħ.
Min għejjieh ix-xogħol jistrieħ u jiddeverti sabiex ikollu s-saħħa jkompli wara.
Aħjar tirfes l-irfis ta’ newlek milli għadbiet il-muliel.
Dejjem aħjar taħdem għal rasek milli jkollok taħdem għan-nies.
