Min jaħdem fl-irqiq irid jiekol.Min jagħmel xogħol tedjanti jew diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew.
Bix-xogħol ħotba tagħmel.Hemm xi wħud li b'xogħolhom xorta waħda ma jleħħqux mal-ħajja, u jkollhom jaqilgħu l-flus minn xogħlijiet oħrajn.
Jekk ma taqsamx il-bħajjar ma tkunx tista’ tnajjar.Kien jeħtieġ li l-baħrin imorru jaħdmu fuq il-baħar 'il bogħod minn familthom biex jaqilgħu x'jieklu. Bħajjar huma oċeani u tnajjar tfisser tkampa.
Il-bniedem ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.
Il-ħierek u l-bieżel jiftiehmu.Min juri ħeġġa għax-xogħol nies bħalu jfittex. Ħierek tfisser xi ħadd li jitħarrek, jiġifieri li jmidd idejh għax-xogħol.