Min jibda biċċa xogħol tajjeb, ikompliha tajjeb.
Ħidma ta’ sena marret f’siegħa.
Qawl dwar il-logħob tan-nar iżda li japplika wkoll b'mod ġenerali: tkun ilek sena taħdem qatigħ fuq xi ħaġa biex fl-aħħar mill-aħħar tgawdiha għal ftit ħin biss.
Kategoriji: il-festi | it-tradizzjoni | ix-xogħol
Qwiel relatati
Min jidra bis-sisija, la jrid xogħol u lanqas tbatija.
Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati. Is-sisija hija l-karità.
Meta għandek maħbeż la żżidx ieħor, ħallih jaħbeż.
Meta jkollok furnata ħobż (= maħbeż) qiegħda tinħema, stennieha qabel tibda oħra, bl-istess mod li għandek taqbad biċċa xogħol oħra ladarba tlesti dik li għandek f'idejk issa.
Il-bokra ssewwi ż-żokra.
Min ibakkar (iqum kmieni) ileħħaq jagħmel ħafna matul il-ġurnata.
Ħidma u bżulija u tfittixx x’tagħmel in-nies.
Agħmel xogħlok u ħallik min-nies.
Ħobż u basal u strieħ xħin tasal.
Qabel kienu jieqfu minn biċċa xogħol meta jlestuha biss, u mhux qabel. Kienet ħajja diffiċli.
