Il-ħierek u l-bieżel jiftiehmu.Min juri ħeġġa għax-xogħol nies bħalu jfittex. Ħierek tfisser xi ħadd li jitħarrek, jiġifieri li jmidd idejh għax-xogħol.
Ix-xogħol tal-għaġla ma tantx joħroġ tajjeb.Meta tgħaġġel biex tagħmel biċċa xogħol, ma tagħmilhiex sew.
Min jibqa’ wara jsakkar il-bieb.Min jitlaq tal-aħħar minn xi mkien, jitwikka bil-kompitu li jagħlaq u jsakkar il-post.