Il-ħrief imutu qabel in-nagħaġ.Il-ħajja ġieli tkun kattiva, bħal meta t-tfal imutu qabel il-ġenituri.
Aktar rabbata minn ħassada.Aktar hemm min qed iħares milli jaħdem. Rabbata kienu dawk li jorbtu l-qatet u l-ħassada kienu dawk li jaħsdu.
Meta titla’ l-berwieqa, l-annata tkun sabiħa.Meta tara li l-berwieq (Asphodelus) kiber u għola, sinjal li l-uċuħ tar-raba' ser jirnexxu.
Min jixtri l-bikrija jkollu jiżen il-ħamrija.Min jixtri l-ħaxix bikri, ngħidu aħna l-patata, jiġih ogħla peress li jintiżen bil-ħamrija b'kollox minħabba li jkun żgħir.
Fir-raba’ ħamri iżra’ kmieni u mwaħħar fil-bajjad.Iżra' l-ħamrija ħamra kmieni u iżra' l-ħamrija ġeblija tard.
Il-qoton ma jibżax mix-xemx il-qawwija, jibża’ miċ-ċpar u mit-tniddija.Il-qoton ma jbatix fix-xemx qawwija, iżda l-umdità (= tniddija) tagħmillu ħażin.