Fardgħalla għoli f’xogħlu.Ir-raba' b'wiċċ wieħed biss fis-sena (= fardgħalla) ma ddaħħalx flus minnu.
Ixxerred id-dqiq u tiġbor in-nuħħala.Ta aktar kas ta’ xi ħaġa li mhix importanti u nesa ħaġa oħra iżjed importanti.
Min għall-mulett ixammar jifdallu xi jqammar.Il-mulett iżjed faċli jinqabad meta jkun jidher il-qamar. Ixammar tfisser jistad.
Bis-sagħtar u l-ħatar, u l-ħin kollu jitmatar.Ir-ragħaj m'għandux xogħlu impenjattiv ħafna meta tqabbel ma' xogħlijiet oħra.