In-nemus fuq il-qamħ sinjal li dan ikun qed jisħon.Meta tara n-nemus fuq il-qamħ tista' tibda taħsad għax tkun waslet is-sħana.
Meta ż-żara’ jorqod, is-sid iqum.Meta l-bidwi jkun żara' l-għalqa, jeħtieġ joqgħod magħha ma jmurx jisirqulu xogħlu.
Meta l-fart jiekol ix-xnien u n-nifel, il-moħriet warajh erħilu jindifen.Il-bidwi għandu jaħrat l-għalqa meta tkun mimlija ħaxix ħażin (= ix-xnien u n-nifel).
Il-qoton ma jibżax mix-xemx il-qawwija, jibża’ miċ-ċpar u mit-tniddija.Il-qoton ma jbatix fix-xemx qawwija, iżda l-umdità (= tniddija) tagħmillu ħażin.
It-trill / il-majjal ixtrih fix-xhur tal-erre.It-trill/il-majjal ikun tajjeb biss fix-xhur li m'għandhomx l-ittra "r" fihom (= Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu).