Mergħa daqs difrejhom u raba’ kemm jaraw b’għajnejhom.L-annimali għandhom bżonn spazji kbar fejn jirgħaw.
Il-Milied bil-kappell, l-Għid bil-mantar, in-nies tiekol tajjeb u l-bhejjem tixtarr aħjar.Meta fil-Milied tagħmel is-sħana u fl-Għid tagħmel il-kesħa, għid li għall-biedja se tkun sena tajba.
Min jixtri l-ħut fil-baħar jieklu jinten.Min iħallas għal xi ħaġa minn qabel mingħajr ma jara xi kwalità qed jieħu jiddispjaċih.