Il-maħbeż meta tmissu jaqbeż.Qis li tlesti x-xogħol li għandek bħalissa qabel ma tibda xogħol ieħor. Maħbeż huwa forn tal-ħobż.
Id-driegħ għall-ħidma u r-ras għall-misra.Il-ġisem qiegħed għax-xogħol fiżiku u l-moħħ qiegħed għax-xogħol mentali. Misra tfisser ippjanar.
Kidd ġild ħaddieħor u la qatt tkidd ġildek.Agħmel xogħlok u ara kif se tieħu vantaġġ fuq ħaddieħor. Il-ġild tirreferi għas-sandli.
Min jiekol il-laħma jeħtieġ imexmex l-għadma.La intrigajt b'xi biċċa xogħol, agħmilha sew mill-bidu sal-aħħar.
Min jibża’ għal dahru, m’għandux xi jridu l-luħ.L-għażżien għalxejn tafdah b'xi biċċa xogħol għax ma jagħmilhiex. Luħ huwa pala tal-injam.