Min jaħdem l-iżjed jiekol l-inqas.L-għażżien jew min ma ħaqqux igawdi minn fuq dahar min jagħmel xogħlu sew.
La kiel il-laħma jeħtieġ imexmex l-għadma.La intrigajt b'xi biċċa xogħol, agħmilha sew mill-bidu sal-aħħar.
Min jidra l-qgħad, jidra l-għażż.Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati.
It-tiben tagħna fl-aħħar xriek.Meta tkun qed toqrob lejn l-aħħar ta' biċċa xogħol twila u tqila, l-enerġija tkun batuta ferm.