F’xogħol ta’ ħorrox borrox l-istokk u ż-żebgħa jgħattu kollox.Ix-xogħol ħażin hemm mezz kif jitranġa.
It-tiben tagħna fl-aħħar xriek.Meta tkun qed toqrob lejn l-aħħar ta' biċċa xogħol twila u tqila, l-enerġija tkun batuta ferm.
Min irid jirkeb jeħtieġ iniegħel.Min irid igawdi jeħtieġ li jagħmel ix-xogħol diffiċli jew antipatku wkoll biex jasal. Iniegħel tfisser ilibbes in-nagħla liż-żiemel.
Kisra tal-art ħelwa u tal-baħar morra.Ix-xogħol ta' fuq il-baħar huwa ferm iżjed diffiċli mix-xogħol fuq l-art. Kisra tirreferi għal kisra ħobż.