La intrigajt b'xi biċċa xogħol, agħmilha sew mill-bidu sal-aħħar.
Qwiel relatati
Ħajja ta’ kul u ixrob, orqod u ttieraħ.
Min hu għażżien ma jagħmel xejn ħlief jiekol, jixrob u jorqod. Ittieraħ tfisser imtedd fuq is-sodda.
Ix-xogħol u s-sabar sa ġewwa l-qabar.
Trid taħdem u tieħu paċenzja sa ma tmut.
Għal tal-aħħar m’hemmx palju.
Ma tistax tieħu l-mertu tax-xogħol li għamlu ta' qablek.
Il-qawwa sa ma tibda.
Qabel tibda biċċa xogħol issibha bi tqila, iżda malli tibda tiġi l-enerġija biex tkompli.
Il-mostra mhix ġostra.
Tgħallem apprezza x-xogħol ta' ħaddieħor, minflok tipprova tleħħaq miegħu.
