Kidd ġild ħaddieħor u la qatt tkidd ġildek.Agħmel xogħlok u ara kif se tieħu vantaġġ fuq ħaddieħor. Il-ġild tirreferi għas-sandli.
Meta għandek maħbeż la żżidx ieħor, ħallih jaħbeż.Meta jkollok furnata ħobż (= maħbeż) qiegħda tinħema, stennieha qabel tibda oħra, bl-istess mod li għandek taqbad biċċa xogħol oħra ladarba tlesti dik li għandek f'idejk issa.