Meta l‑mara tiddebbel xagħarha jiżżebbel.
Mara li tintelaq (= tiddebbel) għax ma tiħux ħsieb l‑apparenza tagħha tkun tidher. Jiżżebbel jiġifieri jitħammeġ.
nota editorjali
Xi qwiel dwar in-nisa u l-irġiel jirriflettu l-mentalità u r-rwoli soċjali taż-żmien li fih inħolqu. Dawn għandhom jinqraw fil-kuntest storiku tagħhom, u mhux bħala riflessjoni tal-valuri tal-lum.