Il-far il-mintuf issibu mixgħuf.Min ikun għadda minn esperjenza ħażina joqgħod iżjed attent li ma jerġax jgħaddi minnha. Mixgħuf tfisser għandu xogħfa.
F’mewt ix-xiħ flok biki jkun hemm żfin.Il-werrieta tax-xiħ, minflok jibkuh, jifirħu għaliex ser jirtuh.