L-għarusa l-ħaddara u l-mejjet in-newwieħa.Kull okkażjoni ġġib magħha xi emozzjoni, ta' ferħ jew ta' niket.
L-għada li titrabba fiha l-kefen biss ineħħiha.Id-drawwiet tiegħek - tajbin u ħżiena - sa mewtek tibqa' bihom. Għada tfisser drawwa u l-kefen huwa t-tebut.
Il-bniedem twieled għarwien u jindifen liebes jekk ikeffnuh.Nitwieldu mingħajr ġid materjali u bl-istess mod immutu u ma nieħdu xejn magħna.