Gawdi l-ħajja llum għax fil-futur ma tafx x'hemm jistenniek.
Qwiel relatati
Jekk jispiċċa ż-żejt tintefa l-lampa.
Ħajjitna qisha lampa taż-żejt, meta jispiċċa ż-żejt nintfew u mmutu.
Għal min għandu jmut bil-forka m’hemmx barrakka għalih.
Id-destin ma tistax taħrab minnu.
Il-mewt ma tarax, għalhekk ma tinsatarx.
Kulħadd indaqs f’għajnejn il-mewt.
Minn hawn u mitt sena oħra lkoll bla mnieħer inkunu.
M'aħniex għal hawn, il-ħajja tasal fi tmiemha għal kulħadd ħin jew ieħor.
Kif tidra tgħix u kif tgħix tmut.
Il-mod ta' kif iġġib ruħek f'ħajtek jiddetermina kemm tmut b'rispett u dinjità.
