Kull għasfur imur mar-riħ, biss il-bies imur kontrih.L-għasafar kollha jmorru fid-direzzjoni tar-riħ minbarra l-bies.
Is-sajjied jgħid li l-art ħabel tajjeb.In-nies jaħsbu li xogħolhom biss fih impenn. Ħabel tfisser għalqa.
Ġabar in-nuħħala u xerred id-dqiq.Ta aktar kas ta’ xi ħaġa li mhix importanti u nesa ħaġa oħra iżjed importanti.
Meta t-tiġieġa tidden, oqtolha qabel toqtlok hi.Superstizzjoni li tiġieġa li tidden iġġib ir-risq ħażin u jeħtieġ toqtolha qabel ma tagħmillek il-ħsara.
Il-qiegħa għat-tidrija, bil-ħobż u ż-żir fejnek, biex kull fewġa tithennieha.Dari d-dris kien xogħol sabiħ, li jagħtik pjaċir daqslikieku għaddiet żiffa riħ. Żir tfisser qolla, li hija ġarra tal-fuħħar.