Jekk jiġi ma jiġix u jekk ma jiġix jiġi.Jekk jiġi l-għasfur jeqridlek l-uċuħ tar-raba', il-bejgħ ma jiġix; jekk l-għasfur ma jiġix jeqridlek l-uċuħ tar-raba', il-bejgħ jiġi.
Ġabar in-nuħħala u xerred id-dqiq.Ta aktar kas ta’ xi ħaġa li mhix importanti u nesa ħaġa oħra iżjed importanti.
Għaż-żrigħ bikri tikri; għall-imwaħħar ikollok tbaħħar.Jekk tiżra' wisq tard fl-istaġun ikollok bżonn miraklu biex tieħu xi ħaġa. Imwaħħar tfisser tard. Tbaħħar jiġifieri tkeċċi l-ispirti l-ħżiena.
Mill-Fiddien il-qamħ joħroġ bil-kejjiel u l-qoton joħroġ bil-wiżżien.L-art tal-Fiddien hija għammiela ħafna. Bil-kejjiel u bil-wiżżien tfisser fi kwantitajiet kbar.
Il-ful iżirgħu fit-tajn sa rkupptejk u onqxu fit-trab idur għal għajnejk.Il-ful għandu jiżara' meta tkun ix-xita (= għalhekk fit-tajn) u għandu jiġi minqux meta l-art tkun niexfa (= itir it-trab).
Jekk il-ġidra l-ħamra sseħħ, annata tajba.Jekk il-ġidra ħamra tkun abbondanti, mela jfisser li l-uċuħ tar-raba' l-oħra ser ikunu abbondanti wkoll.