Is-sajjied daqqa xortih tajba u daqqa xortih ħażina. Għarusa tirreferi għal tfajla mentri għaġuża tirreferi għal mara xiħa.
Għaż-żrigħ bikri tikri; għall-imwaħħar ikollok tbaħħar.
Jekk tiżra' wisq tard fl-istaġun ikollok bżonn miraklu biex tieħu xi ħaġa. Imwaħħar tfisser tard. Tbaħħar jiġifieri tkeċċi l-ispirti l-ħżiena.
Kategoriji: il-biedja | is-snajja' | is-superstizzjoni
