Kulħadd jagħmel sa fejn jista' f'sitwazzjonijiet diffiċli, anke finanzjarjament.
Il-mewt isserraħ u l-qawwa tferraħ.
Ħadd mhu għal hawn.
Ħadd ma jgħix għal dejjem.
Aktar ma nikbru, aktar noqorbu.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar noqorbu lejn il-mewt.
Darba mmutu.
Agħmel dak li tista' għax ħajja waħda għandek.
“Merħba, ja mewt,” qal il-ġurdien kif ħass in-nassa tingħalaq fuqu.
Ladarba l-affarijiet jibdew ġejjin ħażin, aċċetta u ssaporti.
Jekk il-mejjet iqum minn qabru jinsab minn jeħodlu postu.
Fid-dinja kollha mmutu wieħed wara l-ieħor, ħadd ma jeħlisha.
F’mewt ix-xiħ flok biki jkun hemm żfin.
Il-werrieta tax-xiħ, minflok jibkuh, jifirħu għaliex ser jirtuh.
Għal min għandu jmut bil-forka m’hemmx barrakka għalih.
Id-destin ma tistax taħrab minnu.
Il-ħajja ħolma.
Il-ħajja qasira ħafna u tgħaddi bħal ħolma.
Il-mejjet mal-mejjet u l-ħaj mal-ħaj.
Sakemm għadek ħaj, aħseb fil-ħajja.
L-imwiet għal kulħadd, għall-foqra u l-imwiel.
Fqir jew sinjur, xi darba tmut bħal ħaddieħor. Imwiel hu l-plural ta' mula, u tfisser rikkezzi.
Il-far il-mintuf issibu mixgħuf.
Min ikun għadda minn esperjenza ħażina joqgħod iżjed attent li ma jerġax jgħaddi minnha. Mixgħuf tfisser għandu xogħfa.
L-aħjar min imut żgħir għax jistrieħ.
Iktar ma tgħix ħajja twila, iktar tbati.
Il-mejjet joħroġ u s-sabar jidħol.
Wara mewtek, ħaddieħor jibda jinsiek bil-mod il-mod.
Illum ħaj u għada mejjet.
Il-mewt tasal ħabta u sabta.
Il-bniedem sa ma toħroġ ruħu qalbu ma jaqtagħhiex.
Jeħtieġ li tqawwi qalbek tul il-ħajja kollha.
Il-ħajja ħolma.
Il-ħajja qasira ħafna u tgħaddi bħal ħolma.
L-aħjar min imut żgħir għax jistrieħ.
Iktar ma tgħix ħajja twila, iktar tbati.
Il-mejjet jitherra u l-ħsara tidderra.
Wara mewtek, ħaddieħor jibda jinsiek bil-mod il-mod.
Il-far il-mintuf issibu mixgħuf.
Min ikun għadda minn esperjenza ħażina joqgħod iżjed attent li ma jerġax jgħaddi minnha. Mixgħuf tfisser għandu xogħfa.
Illum ħaj u għada mejjet.
Il-mewt tasal ħabta u sabta.