L-imwiet għal kulħadd, għall-foqra u l-imwiel.Fqir jew sinjur, xi darba tmut bħal ħaddieħor. Imwiel hu l-plural ta' mula, u tfisser rikkezzi.
L-għada li titrabba fiha l-kefen biss ineħħiha.Id-drawwiet tiegħek - tajbin u ħżiena - sa mewtek tibqa' bihom. Għada tfisser drawwa u l-kefen huwa t-tebut.