Meta l-fellus jonqob qabel iż-żmien, ħajtu ma fihiex tmiem.Meta l-fellus ifaqqas (= jonqob) qabel iż-żmien, ħajtu ma tkunx twila. Qawl li jgħodd ukoll għat-trabi ta' dari.
Għasfur li daħal fix-xibka għadu qawwi sa ma jibqa’.Fejn hemm il-ħajja għad hemm it-tama li l-affarijiet jitranġaw.
“Merħba, ja mewt,” qal il-ġurdien kif ħass in-nassa tingħalaq fuqu.Ladarba l-affarijiet jibdew ġejjin ħażin, aċċetta u ssaporti.