L-inkwiet jieqaf għalkollox meta mmutu.
Ħadd wara Ħadd, fl-aħħar tasal ta’ kulħadd.
Il-mewt beża’ minnha Alla, aħseb u ara aħna.
Anke Ġesù beża’ mill-mewt.
Dejjem inaża u qatt ma jmut.
Xiħ u marid, safrattant għadu ħaj. Inaża tfisser muġugħ.
Għada ħadd ma rah.
Gawdi l-ħajja llum għax fil-futur ma tafx x'hemm jistenniek.
Il-mewt ma tarax, għalhekk ma tinsatarx.
Kulħadd indaqs f’għajnejn il-mewt.
Meta l-fellus jonqob qabel iż-żmien, ħajtu ma fihiex tmiem.
Meta l-fellus ifaqqas (= jonqob) qabel iż-żmien, ħajtu ma tkunx twila. Qawl li jgħodd ukoll għat-trabi ta' dari.
Tiġieġa tal-furmarija jekk ma jmisshiex filgħodu, jmissha filgħaxija.
Kulħadd irid imut xi darba jew oħra. Il-furmarija tfisser l-isptar.
B’għalja ġġedded ħajtek u b’għalja tmut.
Id-dispjaċir jew itawwallek ħajtek jew joqtlok.
Il-mewt ħadd ma jsib tarfha.
Il-mewt ma jiskansaha ħadd, u turina li m’aħniex għal dejjem.
Aħjar is-safar mill-qabar.
Aħjar tkun taf li persuna ma tistax taraha għax siefret milli għax mietet.
Aktar ma nikbru, aktar noqorbu.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar noqorbu lejn il-mewt.
Min ħalla l-ulied bħal kieku ma mietx.
Min imut jibqa' jgħix f'uliedu.
Kull min ħa l-ħajja għad jieħu l-mewt.
Jekk titwieled, bilfors trid tmut.
Id-destin jitwieled miegħek.
Id-destin tiegħek ma taħarbu b'xejn.
Jekk jispiċċa ż-żejt tintefa l-lampa.
Ħajjitna qisha lampa taż-żejt, meta jispiċċa ż-żejt nintfew u mmutu.
Il-mewt ma tarax, għalhekk ma tinsatarx.
Kulħadd indaqs f’għajnejn il-mewt.
Il-far il-mintuf issibu mixgħuf.
Min ikun għadda minn esperjenza ħażina joqgħod iżjed attent li ma jerġax jgħaddi minnha. Mixgħuf tfisser għandu xogħfa.
Il-qattus għandu sebat erwieħ.
Il-qattus jgħix ħajja twila għax kapaċi jaħrab il-periklu.
Ix-xiħ imut imqabbad u ż-żagħżugħ imut imqarraq.
Ix-xjuħ jixtiequ ma jmutux u ż-żgħażagħ jaħsbu li l-mewt ma tilħaqhomx.
Gawdi għax mid-dinja m’għandna xejn.
Ħu pjaċir bil-ħajja u għix kuntent, għax il-ħajja qasira u magħna m'aħna ser nieħdu xejn.
L-imwiet għal kulħadd, għall-foqra u s-sinjuri.
Fqir jew sinjur, xi darba tmut bħal ħaddieħor.