Il-mewt tasal ħabta u sabta.
Il-mewt ħadd ma jsib tarfha.
L-imwiet għal kulħadd, għall-foqra u l-imwiel.
Fqir jew sinjur, xi darba tmut bħal ħaddieħor. Imwiel hu l-plural ta' mula, u tfisser rikkezzi.
Il-qattus għandu sebat erwieħ.
Il-qattus jgħix ħajja twila għax kapaċi jaħrab il-periklu.
Il-mewt ma taħfirha lil ħadd.
Il-mewt ma jiskansaha ħadd, u turina li m’aħniex għal dejjem.
Ibża’ mill-ħajjin mhux mill-mejtin.
Il-mejtin ma jistgħux jagħmlulek ħsara, imma l-ħajjin iva.
Gawdi għax mid-dinja m’għandna xejn.
Ħu pjaċir bil-ħajja u għix kuntent, għax il-ħajja qasira u magħna m'aħna ser nieħdu xejn.
Il-ħin jgħaddi u l-mewt toqrob.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar toqrob il-mewt.
Il-mewt lil kulħadd tqiegħdu f’postu.
Il-mewt ma jiskansaha ħadd, u turina li m’aħniex għal dejjem.
Il-mewt ma tinxtarax.
Kulħadd irid imut, sinjur u fqir.
Għal min għandu jmut bil-forka m’hemmx barrakka għalih.
Id-destin ma tistax taħrab minnu.
Il-mewt ma tinxtarax.
Kulħadd irid imut, sinjur u fqir.
Il-ħajja qabel il-mewt.
Sakemm inkunu għadna ħajjin, jeħtieġ li qabelxejn naħsbu kif se ngħixu.
F’mewt ix-xiħ flok biki jkun hemm żfin.
Il-werrieta tax-xiħ, minflok jibkuh, jifirħu għaliex ser jirtuh.
Il-bniedem twieled għarwien u jindifen liebes jekk ikeffnuh.
Nitwieldu mingħajr ġid materjali u bl-istess mod immutu u ma nieħdu xejn magħna.
Jekk jispiċċa ż-żejt tintefa l-lampa.
Ħajjitna qisha lampa taż-żejt, meta jispiċċa ż-żejt nintfew u mmutu.
L-akbar serjetà waqt il-mewt.
Il-mewt hija l-iżjed ħaġa kbira u serja li tista' tiġrilna.
Aħna lkoll għal ġol-ħofra.
Il-mewt ma jaħrabha ħadd.
Il-mewt ma taħfirha lil ħadd.
Il-mewt ma jiskansaha ħadd, u turina li m’aħniex għal dejjem.
Il-mejtin m’għandekx xi tridhom.
Tgħidx affarijiet ħżiena fuq il-mejtin.
Ħadd ma miet u ġie.
Ħadd ma miet u reġa' lura.
Il-ħaj mal-ħaj jiltaqa’.
Sakemm għadna ħajjin, nistgħu ngawdu lil xulxin.