Min hu għajjien jistrieħ.Min għejjieh ix-xogħol jistrieħ u jiddeverti sabiex ikollu s-saħħa jkompli wara.
Min jitrabba fl-għażż jitbiżżel fil-ħjieġ.Min hu għażżien xorta waħda jiġi bżonn (= il-ħjieġ) il-flus u jkollu jaħdem (= jitbiżżel) bħal ħaddieħor.
Ix-xogħol jeqred il-fies u l-vizzju jeqred in-nies.L-għodod tax-xogħol jinqerdu bl-użu, iżda l-vizzji jeqirdu l-bniedem. Fies huwa tip ta' għodda li taqta' l-ġebel.