Il-qamar jimla meta l-qalb tkun ħimla.Meta l-qamar ikun qed jimla', tiżdied l-attrazzjoni sesswali. Ħimla tirreferi għall-emozzjonijiet.
Il-qamar jekk tfittxu jfittxek, jekk ma tfittxux ma jfittxekx.Superstizzjoni ta' dari fejn kienu jemmnu li l-qamar jaffettwa l-aptit sesswali tal-mara, iżda jekk il-mara ma turix interess fir-raġel il-qamar m'għandux setgħa.
Inħobbok daqs nwar il-ful, issa li drajtek sejra tmur.Ir-relazzjoni jew iż-żwieġ ma jirnexxix jekk il-karattri tal-koppja ma jkunux jaqblu. Inħobbok daqs nwar il-ful tfisser nistmerrek.
Fiż-żwieġ tfittixx is-sorra, fittex xebba fqira u ħorra.Fiż-żwieġ għandek tfittex l-onestà mhux il-flus. Is-sorra tfisser il-flus u ħorra tfisser onesta.