Kien ilbieraħ u kien l-ewliemes, iżda llum hu ġewwa d-dwiemes.Il-ħajja qasira ħafna għax għexnieha lbieraħ u ta' qabel (= l-ewliemes), illum waslet il-mewt u ninsabu fl-oqbra (= id-dwiemes).
Kulħadd jidfen ’l ommu kif jista’.Kulħadd jagħmel sa fejn jista' f'sitwazzjonijiet diffiċli, anke finanzjarjament.