il‑flus • il‑mewt • ir‑regħba • l‑annimali
Kien xħiħ iqis u jkejjel, biex ħaduh il‑bhejjem u hemm ħallewh għal dejjem.
Li tkun xħiħ ma jservi għalxejn, għax trid tmut bħal kulħadd u kollox warajk tħalli. Ħaduh il‑bhejjem tfisser li ġibduh il‑bhejjem fuq il‑karru tal‑mejtin, kif kienu jagħmlu dari.
L‑EQREB EKWIVALENTI BL‑INGLIŻ
You can't take it with you.