Min ikun mimli ċomb ma jintefax il-baħar.Min jaf li għandu tort jipprova jaħbi l-ħażin li għamel akkost ta' kollox.
Id-dinja dejjem miexja, daqqa dritt u daqqa mgħawweġ.Bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha, il-ħajja tibqa' għaddejja.
Kulħadd b’xi għilla, min bis-sabar u min bil-qilla.Kulħadd għandu t-taqbida tiegħu fil-ħajja, hemm min jieħu paċenzja u hemm min jirrabja. Għilla tfisser mard.