Ladarba l-affarijiet jibdew ġejjin ħażin, aċċetta u ssaporti.
Qwiel relatati
Min jitwieled u min imut, min f’karozza u min f’tebut.
Iċ-ċiklu tal-ħajja hekk hu: min għadu tarbija fil-pram (karozza) u min miet u qiegħed f'tebut.
Dejjem inaża u qatt ma jmut.
Xiħ u marid, safrattant għadu ħaj. Inaża tfisser muġugħ.
L-aħjar min imut żgħir għax jistrieħ.
Iktar ma tgħix ħajja twila, iktar tbati.
Il-mewt mixtieqa taqbeż mit-tieqa.
Aktar kemm tkun tixtieq lil xi ħadd mejjet, aktar idum ma jmut.
Il-ħajja ta’ min jaf jgħixha.
Il-ħajja qiegħda hemm għan-nies li jafu jgawduha.
