Il-bhejjem tal-ifrat li ma jiklux ma jismnux, u ma ddaħħalx flus minnhom.
Meta tidher it-Trajja, il-qoton jisbieħ.
Meta fis-sema tara l-kwiekeb tat-Trajja (Pleiades) - li jinsabu fil-kostellazzjoni tat-Tawr - il-qoton ikun beda jisbieħ.
Kategoriji: il-biedja | il-meteoroloġija
Qwiel relatati
Min jixtri l-ħut fil-baħar jieklu jinten.
Min iħallas għal xi ħaġa minn qabel mingħajr ma jara xi kwalità qed jieħu jiddispjaċih.
Iż-żahar fil-berwieq u t-tewm bla taħsir, tama qawwija li l-biedja tkun bla ebda titkir.
Meta tara ż-żahar fil-berwieq u li t-tewm mhux qed jitħassar, huwa sinjal li mhux se jkollok problemi ta' mard (= titkir) fl-uċuħ tar-raba'.
Jekk jiġi ma jiġix u jekk ma jiġix jiġi.
Jekk jiġi l-għasfur jeqridlek l-uċuħ tar-raba', il-bejgħ ma jiġix; jekk l-għasfur ma jiġix jeqridlek l-uċuħ tar-raba', il-bejgħ jiġi.
Min f’rokontu għandu l-barrada, jaf jidħaq b’sena farrada.
Min jaħżen l-ikel ma jkollux għalfejn jinkwieta meta tiġi sena ħażina għar-raba', bl-istess mod li min ifaddal il-flus isibhom meta jiġi żmien ħażin. Barrada hija ġarra.
It-trill / il-majjal ixtrih fix-xhur tal-erre.
It-trill/il-majjal ikun tajjeb biss fix-xhur li m'għandhomx l-ittra "r" fihom (= Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu).
