Għal ruħek aħseb li qed tmut dejjem; għal ġismek aħseb li ma tmut qatt.Jeħtieġ li tieħu ħsieb is-saħħa spiritwali daqs is-saħħa fiżika.
L-agħar uġigħ tar-ras, tad-dras u tal-ħlas.L-agħar uġigħ li tista' tħoss huwa tar-ras, tas-snien u tal-ħlas.
Imur il-ġid u l-ġidejn u tibqa’ l-ħidma tal-idejn.Sakemm ikollok saħħtek, ma jkun ġara xejn jekk titlef ġidek kollu. Tista' terġa' tibda mill-bidu u taħdem għalih. Ġidejn tfisser ġid kbir.
Kulħadd huwa t-tabib tiegħu nnifsu.Ħadd ħliefek ma jkun jaf eżatt x'qed tħoss meta tkun marid, u jekk tkunx qed tfiq.
Fid-dinja tajjeb tkun f’saħħtek, iżda mitt darba aħjar tkun rasek tilħaqlek.Is-saħħa importanti iżda iktar importanti li tuża moħħok u tkun makakk.