Mhux kull ħożża tostor il-bażwa.Kull marda għandha l-kura speċifika tagħha, bħalma kull sitwazzjoni għandha s-soluzzjoni speċifika tagħha.
Fid-dinja tajjeb tkun f’saħħtek, iżda mitt darba aħjar tkun rasek tilħaqlek.Is-saħħa importanti iżda iktar importanti li tuża moħħok u tkun makakk.
Il-mard jidħol bl-irtal u joħroġ bl-uqija.Il-mard jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. "Irtal" (pl.ta' ratal) u "uqija" huma kejl tal-użin, fejn uqija hija 1⁄30 ta' ratal.
Meta l-marda tkun magħrufa, nofs il-kura lesta.Meta tidentifika l-marda, tkun taf kif għandek tfejjaqha.