Il-fellieħ jobgħod is-sellieħ.Min huwa b'saħħtu (fellieħ = wieħed li jiflaħ) ma jistax għal min huwa dgħajjef u marid (sellieħ = wieħed marid).
Min jitbikkem, min jitbissem u min jiġġiddem.Fi żmien il-kolera f'Malta, kien hemm min qabditu, min jinkwieta għal min qabditu u min hu kuntent li ma qabditux.
Meta l-marda tkun magħrufa, nofs il-kura lesta.Meta tidentifika l-marda, tkun taf kif għandek tfejjaqha.
Imur il-ġid u l-ġidejn u tibqa’ l-ħidma tal-idejn.Sakemm ikollok saħħtek, ma jkun ġara xejn jekk titlef ġidek kollu. Tista' terġa' tibda mill-bidu u taħdem għalih. Ġidejn tfisser ġid kbir.