Il-kotra għal-Lazzarett, u mhux ħlief tara xi katalett.Fi żmien il-kolera, kienu mardu ħafna nies biha u ttieħdu l-Lazzarett. Katalett kien karru li fl-antik kienu jinġarru fih il-morda u l-mejtin.
Min jitbikkem, min jitbissem u min jiġġiddem.Fi żmien il-kolera f'Malta, kien hemm min qabditu, min jinkwieta għal min qabditu u min hu kuntent li ma qabditux.
Agħmel ħbieb mat-tabib qabel ma tkun marid.L-għażliet it-tajba għal saħħtek għandek tagħmilhom qabel timrad.
It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.