Bniedem b'saħħtu jidher sabiħ.
Id-duwa ogħla mix-xahar.
Għajnejn morda ma jridux dawl.
Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.
Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.
Kulħadd huwa t-tabib tiegħu nnifsu.
Ħadd ħliefek ma jkun jaf eżatt x'qed tħoss meta tkun marid, u jekk tkunx qed tfiq.
Għan-natura m’hemmx tabib.
In-natura dejjem tieħu l-perkors tagħha.
Aħjar bl-aptit inkella bit-tabib.
Meta tkun f’saħħtek tkun f’aptitek.
Meta l-marda tkun magħrufa, nofs il-kura lesta.
Meta tidentifika l-marda, tkun taf kif għandek tfejjaqha.
Fid-dinja tajjeb tkun f’saħħtek, iżda mitt darba aħjar tkun rasek tilħaqlek.
Is-saħħa importanti iżda iktar importanti li tuża moħħok u tkun makakk.
Il-mard jidħol bid-debba u joħroġ bin-nemla.
Il-mard jiġi malajr u jdum biex jgħaddi.
Imur il-ġid u l-ġidejn u tibqa’ l-ħidma tal-idejn.
Sakemm ikollok saħħtek, ma jkun ġara xejn jekk titlef ġidek kollu. Tista' terġa' tibda mill-bidu u taħdem għalih. Ġidejn tfisser ġid kbir.
Id-duwa mhix xuwa.
Biex tfiq ikollok tieħu l-mediċina.
Lill-marid tgħidlux “Tridx?”; flok issaqsih, aqbad u tih.
Lil min hu marid għinu minn jeddek.
Għajnejn morda ma jridux dawl.
Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
Fid-dinja tajjeb tkun f’saħħtek, iżda mitt darba aħjar tkun rasek tilħaqlek.
Is-saħħa importanti iżda iktar importanti li tuża moħħok u tkun makakk.
Min ikun muġugħ jokrob.
Kulħadd għandu raġuni għaliex jilmenta.
Kull marid għandu d-duwa tiegħu.
Kull problema għandha bżonn soluzzjoni partikolari.
Min imut jistrieħ u jserraħ.
Persuna tistrieħ f'mewtha u sserraħ lil dawk ta' madwarha li kellhom iduru biha.
Il-mard ħallih jitqalleb.
Min hu marid ħallih jesprimi d-diqa tiegħu.
Ħawsla tajba, ġewnaħ miksur.
Hemm min jimrad, iżda xorta ma jaqtax l-aptit.
Il-bażwi jkun jaf x’riħ hu.
Dari kienu jemmnu li l-morda kienu jħossu r-riħ idur.
Il-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss.
Il-bniedem għandu bżonn jitma' mhux biss ġismu iżda anke ruħu biex ikun f'saħħtu.