Il-marda li wieħed l-aktar jibża’ minnha x’aktarx imut biha.Hemm min tant jibża' minn xi marda li jistħajjilha qabditu tassew.
Jekk ikun baqa’ żejt fil-lampa, jerġa’ l-marid.Min ikun marid ifiq jekk ikun għad fadallu x'jgħix, bħal-lampa li tkompli ddawwal dment li jkun għad hemm iż-żejt fiha.
Il-bassas is-sogħla jonqsu.Min ikun marid ikun diġà dgħajjef ħafna u bħal xejn jirkadi jew imur għall-agħar.
Is-saħħa tkun taf kemm tiswa meta titlifha.Għandek toqgħod attent għal saħħtek, għad jasal mument fejn titlaqlek.
Agħmel ħbieb mat-tabib qabel ma tkun marid.L-għażliet it-tajba għal saħħtek għandek tagħmilhom qabel timrad.