Il-maħsus u l-imdejjaq ħajrhom batal.Min jitlef saħħtu ma jkunx jista' jgawdi l-ħajja. Maħsus tfisser marid.
Meta l-marda tkun magħrufa, nofs il-kura lesta.Meta tidentifika l-marda, tkun taf kif għandek tfejjaqha.
Il-mard irid iż-żmien u d-duwa.Meta timrad għandek tieħu paċenzja u tagħtih ċans jgħaddilek, waqt li tieħu l-mediċini (duwa) li hemm bżonn.
Mhux kull ħożża tostor il-bażwa.Kull marda għandha l-kura speċifika tagħha, bħalma kull sitwazzjoni għandha s-soluzzjoni speċifika tagħha.
Is-saħħa tkun taf kemm tiswa meta titlifha.Għandek toqgħod attent għal saħħtek, għad jasal mument fejn titlaqlek.