Mhux kull ħożża tostor il-bażwa.Kull marda għandha l-kura speċifika tagħha, bħalma kull sitwazzjoni għandha s-soluzzjoni speċifika tagħha.
It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.
Il-kotra għal-Lazzarett, u mhux ħlief tara xi katalett.Fi żmien il-kolera, kienu mardu ħafna nies biha u ttieħdu l-Lazzarett. Katalett kien karru li fl-antik kienu jinġarru fih il-morda u l-mejtin.
Fid-dinja tajjeb tkun f’saħħtek, iżda mitt darba aħjar tkun rasek tilħaqlek.Is-saħħa importanti iżda iktar importanti li tuża moħħok u tkun makakk.
Jekk ikun baqa’ żejt fil-lampa, jerġa’ l-marid.Min ikun marid ifiq jekk ikun għad fadallu x'jgħix, bħal-lampa li tkompli ddawwal dment li jkun għad hemm iż-żejt fiha.