It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.
Min imut jistrieħ u jserraħ.Persuna tistrieħ f'mewtha u sserraħ lil dawk ta' madwarha li kellhom iduru biha.
Il-bassas is-sogħla jonqsu.Min ikun marid ikun diġà dgħajjef ħafna u bħal xejn jirkadi jew imur għall-agħar.