Biex tfiq ikollok tieħu l-mediċina.
Il-qawmien kmieni tajjeb għas-saħħa.
It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.
Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.
Għajnejn morda ma jridux dawl.
Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
Is-saħħa tkun taf kemm tiswa meta titlifha.
Għandek toqgħod attent għal saħħtek, għad jasal mument fejn titlaqlek.
Il-mard Alla jibagħtu.
Dari kienu jemmnu li Alla jibgħat il-mard biex napprezzaw iżjed is-saħħa.
Meta jkollok xi kankru bil-mod teħles minnu.
Meta jkollok problemi kbar, fosthom dawk ta' saħħa, idumu biex jissolvew.
Il-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss.
Il-bniedem għandu bżonn jitma' mhux biss ġismu iżda anke ruħu biex ikun f'saħħtu.
Il-marid kollox idejqu.
Min hu marid ikun wisq iffukat fuq id-dwejjaq tiegħu.
Ir-riġel irid is-sodda u l-id trid il-maktur.
Tipi differenti ta' wġigħ jeħtieġu tipi differenti ta' kura. Bl-istess mod, kull sitwazzjoni jeħtieġ li tissolva skont x'inhi.
Il-marid jgħid ajma.
Min hu marid ħallih jesprimi d-diqa tiegħu.
Aħjar is-saħħa mill-flus.
Is-saħħa ma tixtrihiex bil-flus.
Għajnejn morda ma jridux dawl.
Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
L-agħar uġigħ tar-ras, tad-dras u tal-ħlas.
L-agħar uġigħ li tista' tħoss huwa tar-ras, tas-snien u tal-ħlas.
Min għandu l-uġigħ ibati bl-irjieħ.
Min ikun marid ikun ibati iżjed bil-burdati (= l-irjieħ).
Jekk il-marda tidħol ’il ġewwa għalxejn tibgħat għat-tabib.
Meta timrad, qis li tieħu azzjoni fil-waqt biex tfiq malajr, għax wara jkun tard wisq.
Aħjar f’aptitek inkella b’tabibek.
Meta tkun f’saħħtek tkun f’aptitek.
Il-bassas is-sogħla jonqsu.
Min ikun marid ikun diġà dgħajjef ħafna u bħal xejn jirkadi jew imur għall-agħar.
Il-marda li wieħed l-aktar jibża’ minnha x’aktarx imut biha.
Hemm min tant jibża' minn xi marda li jistħajjilha qabditu tassew.
Meta l-marda tkun magħrufa, nofs il-kura lesta.
Meta tidentifika l-marda, tkun taf kif għandek tfejjaqha.
Il-mard jidħol bid-debba u joħroġ bin-nemla.
Il-mard jiġi malajr u jdum biex jgħaddi.
L-isbaħ l-indafa, qal Maħmuġa.
L-indafa kulħadd japprezzaha.