It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.
Ir-riġel irid is-sodda u l-id trid il-maktur.Tipi differenti ta' wġigħ jeħtieġu tipi differenti ta' kura. Bl-istess mod, kull sitwazzjoni jeħtieġ li tissolva skont x'inhi.
Il-mard jidħol bl-irtal u joħroġ bl-uqija.Il-mard jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. "Irtal" (pl.ta' ratal) u "uqija" huma kejl tal-użin, fejn uqija hija 1⁄30 ta' ratal.
Il-maħsus u l-imdejjaq ħajrhom batal.Min jitlef saħħtu ma jkunx jista' jgawdi l-ħajja. Maħsus tfisser marid.