Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
Qwiel relatati
Il-mard Alla jibagħtu.
Dari kienu jemmnu li Alla jibgħat il-mard biex napprezzaw iżjed is-saħħa.
Min jiekol l-għads minn awlillejl minn waħda jara tnejn.
Superstizzjoni ta' dari li l-għads huwa ta' ħsara għall-vista.
Is-saħħa tkun taf kemm tiswa meta titlifha.
Għandek toqgħod attent għal saħħtek, għad jasal mument fejn titlaqlek.
Il-wiċċ u t-tina ma jsirux bl-ilbies u ż-żina.
Il-ġisem jeħtieġ li jkun b'saħħtu permezz ta' ikel tajjeb u sustanzjuż, mhux bl-ilbies u x-xinxilli. It-tina tirreferi għall-warrani.
Il-kotra għal-Lazzarett, u mhux ħlief tara xi katalett.
Fi żmien il-kolera, kienu mardu ħafna nies biha u ttieħdu l-Lazzarett. Katalett kien karru li fl-antik kienu jinġarru fih il-morda u l-mejtin.
