Jekk l-iblah iżomm is-skiet, jitqies mal-għorrief.Meta ma tgħid xejn taqta' figura aħjar, għax dak li ma tgħidx ma jistgħux jiġġudikawk fuqu.
L-għira titrod wara l-għaref bħal dellu miegħu.In-nies jgħiru għal min hu għaref. Titrod tfisser timxi wara (mill-verb tarad).
Għalhekk l-għaġuża ma tridx tmut, għax aktar ma tikber iżjed titgħallem.M'hemmx età għat-tagħlim. Għaġuża hija mara xiħa.
Kliem ix-xiħ żomm fih.Agħti widen lill-anzjani, il-pariri tagħhom imsejsa fuq l-esperjenza tal-ħajja.
Elf missjunarju ma jdawrux ħaġġieġ.Min hu injorant mhux se jirraġuna u jbiddel fehmtu. Ħaġġieġ huwa Musulman.