Tmurx tikxef il-ħajja privata tiegħek man-nies.
Aħjar taf b’mitt għadu minn b’ħabib qarrieq.
Bla qaddisin ma tmurx il-ġenna.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb biex tirnexxi.
Fin-niket u l-ħmum jidhru l-ħbieb u l-għemum.
Il-ħbieb ta' veru tagħrafhom meta tkun fil-bżonn. Ħmum tfisser għawġ u l-għemum huma l-ħbieb.
Il-bniedem waħdu mhu xejn.
Għandna bżonn lil ħaddieħor biex ngħixu kuntenti.
Għajnejn żoroq jisirqu n-nies mit-toroq.
Min hu għajnejh blu jsaħħrek u jagħmel bik li jrid. Żoroq tfisser blu.
Id-dinja katina, ħolqa wara ħolqa.
Kulħadd għandu bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor fid-dinja.
Bil-kelma t-tajba sal-far joħroġ mit-tqajba.
Bil-ġentilezza jirnexxilek tieħu li trid mingħand xi ħadd.
Ħobb lil kulħadd biex ma tagħli qatt.
Tagħmel lil ħadd għadu tiegħek.
Ħadd ma jidħaqlek għall-bjuda ta’ snienek.
Min joqgħod jgħaddilek il-kumplimenti u jżiegħel bik ikun qed jistenna xi pjaċir mingħandek.
Bieb ma’ ġenbek aħjar minn waħdek.
F'każ li jinqala' xi ħaġa, taf li għandek il-ġirien ħdejk.
Dak li ma tridx lilek lanqas tridu ‘l għajrek.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li tixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħek.
Fid-dinja lkoll niġu bżonn xulxin.
Itlob l-għajnuna meta jkollok bżonnha u għin meta jitolbuk l-għajnuna.
Ħadd ma jagħmel xejn għal xejn.
Min jagħmel xi ħaġa jkun qed jistenna xi ħaġa lura tagħha.
Anke fost l-appostli kien hemm Ġuda.
Dejjem ser issib min jittradik.
Ġar mill-agħar fil-qrib tiegħek huwa saħta mkaħħla miegħek.
Ġar li ma jkunx minn tagħna jagħmillek ħajtek wisq diffiċli.
Ħobb lil kulħadd biex ma tagħli qatt.
Turix lill-għedewwa tiegħek li tqishom ta’ għedewwa.
Agħmel sejfek f’għantek għax milli tagħti tieħu.
Il-ġlied aħarbu, għax kif tagħmel jagħmlulek.
Dak li ma tridx lilek lanqas tridu ‘l għajrek.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li tixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħek.
Aħjar jikluk il-klieb milli tiġi bżonn il-ħbieb.
Kultant il-ħbieb ma ssibhomx fil-mument tal-bżonn.
Aqta’ jiesek u berred bużbieżek.
Min ma jħobbokx mhux se jagħmillek pjaċiri.
Aħjar issuq erba’ żwiemel minn ħmar.
Aktar faċli tagħmilha ma' nies intelliġenti milli mal-injoranti.