Aqbad iġġieled miegħi minflok toqgħod bil-geddum.
Kategorija: –
Aħjar paċi milli tagħmel paċi.
Aħjar ma jkollokx xi tgħid mill-ewwel ma’ persuna, milli tagħmel paċi wara.
Aħjar nuħħalti minn smid ġarti.
Aħjar dak li hu tiegħi, minkejja li tal-ġara forsi aħjar.
Agħti kemm tiflaħ qabel ma jagħtuk.
Ara li tkun bdejt tiġġieled qabel ma jiġġilidlek ħaddieħor.
Agħmel sejfek f’għantek għax milli tagħti tieħu.
Il-ġlied aħarbu, għax kif tagħmel jagħmlulek.