Il-qamar bil-pipa f’ħalqu u kulħadd kif Alla ħalqu.Il-karattru tal-bniedem diffiċli jinbidel, għax hekk maħluq.
L-ewwel tidrobni, imbagħad iddewwini.Min hu wiċċ b'ieħor l-ewwel jagħmillek il-ħsara, imbagħad jipprova jintgħoġob.
Min iraqqad miegħu l-klieb, lill-briegħed jiftħilhom il-bieb.It-tip ta' kumpanija li tagħmilha magħha tinfluwenzak ħafna.