L-imħabba ġġib magħha ħafna wġigħ ta' qalb.
Kulħadd jifraħ bl-għarusa tiegħu.
Meta xebba tkun għarusa, tibda taħseb għaliha nfusha.
Dari meta xebba titgħarras, kien jeħtieġ taħsbilha għad-dota.
B’ferħa kbira qbadtek u b’oħra ħallejtek.
Hemm relazzjonijiet ta' mħabba li malajr jisfaxxaw fix-xejn.
Fiż-żwieġ tfittixx is-sorra, fittex xebba fqira u ħorra.
Fiż-żwieġ għandek tfittex l-onestà mhux il-flus. Is-sorra tfisser il-flus u ħorra tfisser onesta.
Iż-żwieġ kaxxa magħluqa.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal kaxxa magħluqa li ma tkunx taf x'fiha.
Iż-żwieġ jintrabat bil-kelma u jinħall bil-mewt.
Ir-rabta taż-żwieġ tinħall biss bil-mewt.
Faddal is-sold u onfoq lira, basta tkun ġa għażilt il-ħanina.
Tieġ jiswa ħafna flus u għalhekk jeħtieġ li tfaddal għalih.
Li kont nafek qatt ma daħħaltek f’darek.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, jista' jkun li wara kollox iddejqek il-persuna li tkun iżżewwiġt.
L-imħabba għamja.
L-imħabba m’għandhiex loġika.
Iż-żwieġ għoqda bi lsienek li ma tħollhiex bi snienek.
Ir-rabta taż-żwieġ tinħall biss bil-mewt.
Min għandu l-bniet jeħtieġ l-utied.
Dari min kellu l-bniet kien ikollu jaħsbilhom għad-dota. Utied huma tip ta' msiemer tal-injam biex iddendel il-ħwejjeġ magħhom.
Meta x-xebba ma tarax, il-ħuttab ma jirkantax.
Dari l-ħuttab kien ilaqqa' l-koppji bil-għan li jiżżewwġu, iżjed kien ikun kollu ta' xejn jekk ix-xebba ma tkunx trid.
Jiżżewweġ biex jieħu r-ruħ u l-mara toqtlu bil-ġuħ.
Il-ħaġa mill-ħażin marret għall-agħar.
Kemm hu iblah dak li lill-mara qabel il-waqt jikxfilha l-qargħa.
Raġel m'għandu qatt juri lill-mara kemm għandu flus qabel jiżżewweġ, biex me teħdux għall-flus. Il-qargħa tirreferi għall-kaxxa tal-flus.
Fiż-żwieġ min ifittex il-ġmiel u min ifittex il-miel.
Hemm min jiżżewweġ għad-dehra u hemm min jiżżewweġ għall-flus (= il-miel).
Iż-żwieġ rabta bl-ilsien li ma tinħallx bis-snien.
Ir-rabta taż-żwieġ tinħall biss bil-mewt.
Għad li kerha s-sura, sabiħa l-avventura.
Anke persuna li mhix daqstant sabiħa ssib lil min iridha.
Min iżżewweġ reġa’ bdielu u l-ġuvni l-qamel kielu.
Min iżżewweġ iddisjpaċieh u ma min ma żżewwiġx iddispjaċieh ukoll, jiġifieri fid-dinja m'hemmx kuntentizza.
Meta l-faqar jidħol mit-tieqa, l-imħabba toħroġ mill-bieb.
Il-faqar huwa sors ta' xkiel għall-imħabba.
Isbaħ il-għaqal mill-ġmiel.
Iżżewweġ persuna għall-għaqal tagħha, mhux għall-apparenza fiżika biss.
Meta xebba tkun għarusa, tibda taħseb għaliha nfusha.
Dari meta xebba titgħarras, kien jeħtieġ taħsbilha għad-dota.