Dari ma kontx tiżżewweġ biss għall-imħabba iżda wkoll għad-dota tax-xebba - bl-istess mod, kien jaqbillek iżjed tikri għalqa li qatt ma tkun inħadmet.
Ħmar tajjeb jinbiegħ f’pajjiżu.
L-imħabba sibha ma' xi ħadd li jkun mill-istess raħal tiegħek, ikollok inqas problemi.
Kategoriji: iż-żwieġ | l-annimali | l-imħabba
Qwiel relatati
Armla ta’ tletin tfittex raġel bħall-għamjin, armla ta’ ħamsin tagħżel mill-qalbenin.
Armla li tkun għadha żagħżugħa toqgħod inqas attenta minn armla aktar imdaħħla fiż-żmien meta tfittex raġel ieħor.
Dar ta’ ksir il-għonq tħarisx lejha.
Tiżżewwiġx lil min għandu l-inkwiet fil-familja.
Fil-għaqda taż-żwieġ jeħtieġ toqgħod għall-meħtieġ.
Meta tiżżewweġ ikollok iżjed responsabbiltà u ma jkollokx l-istess libertà li jkollok meta tkun għadek ġuvni jew xebba.
Għors bla għarusa u newwieħa bla mejta qishom mistednin bla mejda.
L-għarusa dejjem tkun iċ-ċentru tal-attenzjoni f'tieġ.
Min jitlef martu bil-ħaqq ma ssibux kuntent.
Id-divorzju u s-separazzjoni jġibu magħhom ħafna dwejjaq.
